Lokali

Is-subway spiċċat għadira ilma

Inkonvenjent kbir għall-istudenti tal-Università

Din hija s-sitwazzjoni li diversi persuni fosthom studenti sabu ma’ wiċċhom dalgħodu hekk kif użaw is-subway tal-Università.

Apparti l-ammont kbir ta’ ilma li kien hemm, diversi nies urew it-tħassib tagħhom li f’din is-subway hemm nuqqas kbir ta’ dawl.

Nies li tkellmu ma’ dan is-sit stqarrew li hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata dwar din il-subway li ta’ kuljum tintuża min-numru ta’ studenti li jattendu l-Università.