Lokali

Jibqgħu jinsistu bil-bejgħ tal-passaporti

Ma jweġibx jekk hux se jissospendu l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti

Il-Gvern poġġa r-reputazzjoni ta’ Malta f’riskju. Iżda l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici jibqa’ jaħrab milli jwieġeb jekk hux se jissospendi l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, għalkemm ikkonferma magħna li l-allegazzjonijiet tant huma serji li qed jiġu investigati mir-Regolatur.

Imma għalkemm ir-Regolatur qed jinvestiga din l-istess skema, Owen Bonnici naqas milli jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Net News jekk hux se jissospendi l-bejgħ tal-passaporti.

Il-Ministru Bonnici ħarab anke milli jwieġeb għad-domandi ripetuti li saru l-Kap tal-PN Adrian Delia meta t-Tlieta fil-Parlament saqsa din l-istess domanda.

Wara l-allegazzjonijiet serji imxandra mill-midja Franċiża, u wara li kienet sospiża l-liċenzja tad-ditta Chetcuti Cauchi, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jinsisti biex tinġarr ir-responsabbiltà politika. Iżda huwa ċar li l-Gvern Laburista ma jridx jissopendi din l-iskema wara r-riveluzzjonijiet ġodda li ħarġu.