Tliet xjenzati kienu premjati bin-Nobel għall-Kimika b’rikonoxximent għall-iżvilupp tal-batterji tat-tip lithium-ion.
John B Goodenough, M Stanley Whittingham u Akira Yoshino qed jaqsmu dan il-premju għax-xogħol tagħhom fuq il-batterji rechargeable li jintużaw għal tagħmir elettroniku bħal telefons ċellulari, laptops u anki karozzi tal-elettriku.
Il-Professur Goodenough, fl-età ta’ 97 sena, anki kiteb l-istorja bħala l-akbar anzjan li qatt ġie onorat bi Premju Nobel. Intant, hu, Whittingham u Yoshino se jaqsmu premju ta’ disa’ miljun kronor — ekwivalenti għal madwar 750,000 ewro.
Olof Ramstrom, mill-Kumitat tan-Nobel, qal li l-batterji lithium-ion ‘ipprovdew qabża kbira ‘il quddiem lid-dinja tal-informatika’, meta dawn qed jintużaw madwar id-dinja biex jiffaċilitaw il-mezzi elettroniċi (portable) għall-komunikazzjoni, studju, divertiment mużikali u t-tagħlim.
//= $special ?>