Futbol Sport

L-MFA b’inizjattiva ta’ Fan Zone għall-partita tas-Sibt biex tattira l-partitarji

Il-Malta Football Association ħarġet b’inizjattiva biex iżżid l-aspettattiva għall-konfront tas-Sibt li ġej li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra l-Iżvezja fid-8.45pm. Għal dan l-għan inħoloq Fan Zone qrib l-Istadium Nazzjonali u li se jiftaħ fit-3.00pm. Dan il-Fan Zone hu miftuħ kemm għall-partitarji Maltin kif ukoll Żvediżi.

Dawk li jattendu se jkunu qed jassistu għal divertiment minn DJ Ziggy qabel u wara l-logħba f’atmosfera ta’ familja hekk kif għandhom l-opportunità li jieklu u jixorbu minn hemm stess. Dawk li se jkunu hemm se jkollhom iċ-ċans ukoll li jsegwu fuq Big Screen il-partita mill-grupp ta’ Malta bejn il-Gżejjer Faroe u r-Rumanija li tibda fis-6.00pm.

Il-Fan Zone għandha s-sapport tal-grupp uffiċjali s-South End Core u dawk li għandhom il-biljett tad-dħul għall-partita, jidħlu fil-Fan Zone b’xejn.