Mitt sena wara li l-Union tal-Għalliema, l-MUT, għamlet l-ewwel passi lejn il-ħolqien tagħha, issa l-operat qed ikompli jikber u jespandi.
Tant hu hekk li l-MUT mhux biss inawgurat uffiċjalment uffiċċji ġodda fil-Ħamrun, iżda qed taħdem ukoll biex ikollha preżenza f’Għawdex u qed toqrob lejn l-10,000 membru.
Fl-inawgurazzjoni tal-uffiċċji l-ġodda, l-Arċisqof Charles J Scicluna ddeskriva lill-MUT bħala raġġ ta’ dawl f’mumenti ta’ dlam hekk kif kienet attiva f’avvenimenti bħall-ġlieda għal demokrazija ħielsa.
Se titwaqqaf ukoll il-Fondazzjoni Sagħtar, imsemmija wara r-rivista tant popolari li akkumpanjat għexieren ta’ eluf ta’ studenti matul is-snin skolastiċi tagħhom. Din il-Fondazzjoni għandha l-għan li ġġib ‘il quddiem l-edukazzjoni f’Malta bit-tixrid ta’ materjal edukattiv kif ukoll b’taħriġ lill-edukaturi.
Filfatt ir-rivista Sagħtar, f’forma differenti u b’ideat ġodda, se terġa’ tibda tiġi ppubblikata.
//= $special ?>