Lokali

Maħżen fl-Iklin jinħakem min-nirien

Minn informazzjoni li għadha kif waslitilna jidher li ftit tal-ħin ilu, maħżen inħakem min-nirien fi Triq iċ-Ċitru l-Iklin.

Għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa jidher li fil-maħżen kien hemm numru ta’ kartun li nħakem min-nirien. Nar li ġie kkontrollot fi ftit ħin.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u karozza tat-tifi tan-nar kif ukoll ambulanza li ħadet lil persuna l-isptar Mater Deri minħabba li belgħet xi duħħan.