Futbol Sport

Messi jammetti li ried iħalli lil Barcelona

(Ritratt: EPA)

Lionel Messi ammetta li ried iħalli lil Barcelona fl-2017 wara l-kwistjoni tat-taxxa li kellu mal-awtoritajiet Spanjoli. Hu qal dan mal-istazzjon tar-radju Katalan RAC1, b’Messi u missieru jinstabu ħatja li frodaw id-dipartiment tat-taxxa fi Spanja. Hu kkonferma li ried jitlaq mhux għax kien imdejjaq ma’ Barcelona iżda għax ried jitlaq Spanja. Hu kien ingħata sentenza ta’ 21 xahar ħabs iżda din inbidlet f’multa ta’ madwar €250,000.

“Ħassejt li ma kontx qed inkun trattat tajjeb u ma ridtx nibqa’ hawn. Qatt ma kelli offerta uffiċjali għaliex kulħadd kien jaf l-idea tiegħi li nibqa’ hawn. Kien veru diffiċli għalija u l-familja tiegħi għaliex in-nies ma tantx ikunu jafu dwar xi jkun qed jiġri. Il-verità hi li s-sitwazzjoni kienet iebsa għal kollox u kien aħjar li t-tfal tiegħu kienu żgħar u ma jafu xejn.”

Iżda Messi esprima x-xewqa tiegħu u tal-familja li jtemm il-karriera mal-Katalani minħabba kif iħossu u kif inhu integrat fil-klabb, kif iħossuhom fil-belt ta’ Barcelona u għat-tfal u l-ħbieb tiegħu. Messi dejjem lagħab ma’ Barcelona fil-karriera tiegħu u minn meta għamel id-debutt fl-2004, skorja 604 gowls f’692 logħba.

Tags