Raġel ta’ 86 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid għall-ħabta tal-11.30.
L-anzjan li joqgħod Raħal Ġdid stess, intlaqat f’rasu minn vettura tat-tip Isuzu misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Għargħur.
Fuq il-post mal-ewwel issejħet ambulanza sabiex l-anzjan ikun jista’ jittieħed l-isptar għal iktar kura. Aktar tard fi stqarrija tal-Pulizija ntqal li l-anzjan sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>