Sirens ikkonkludew żewġ akkwisti ta’ plejers mingħand Neptunes bl-għan li jsaħħu t-tim immexxi mill-kowċ il-ġdid Marko Orlovic. Huma akkwistaw b’mod permanenti lil Ken Erdogan u lil Matthias Azzopardi b’self għal sentejn.
Erdogan rebaħ tliet Kampjonati tas-Sajf, Tazza tal-President u Kampjonat tax-Xitwa, b’Azzopardi jirbaħ ukoll Kampjonat tax-Xitwa ieħor. Matthias Azzopardi li għandu 20 sena, għamel l-ewwel passi ma’ Neptunes fl-2015, b’Erdogan jidħol fit-tim sena wara.
Fl-istaġuni tas-sajf, Azzopardi skorja 10 gowls filwaqt li Erdogan li għandu 18-il sena sab ix-xibka tmien darbiet. Iż-żewġ plejers iffurmaw parti mit-timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ.
Dawn l-akkwisti jsegwu dak tal-gowlkiper eks Neptunes u Sliema Joseph Parnis filwaqt li ħallew il-klabb il-gowlkiper Nicky Grixti u John Brownrigg li ngħaqdu ma’ Sliema u Edward Aquilina li ngħaqad ma’ Valletta.
