Is-sit tal-aħbarijiet Blic, f’artiklu ppubblikat fl-aħħar sigħat, iddeskriva lil pajjiżna bħala l-post fejn is-Serbi li jkunu jridu jwettqu atti kriminali saru jsibu rifuġju.
F’artiklu bir-Russu, Blic jiddikjara hekk: “Malta saret rifuġju għal Serbili jkunu jridu jwettqu atti kriminali, prinċiparjament fit-traffikar tad-droga, fi kwantita żgħira.”
L-istess ġurnal jagħti lista ta’ Serbi arrestati fl-aħħar xhur fosthom żewġ irġiel arrestati fi stabbiliment kummerċjali f’Birżebbuġa wara li nqabdu fil-pussess ta’ kwantita ta’ droga.
Ftit jiem qabel kien arrestat ukoll Serb, Marco Acimovic, flimkien ma’ numru ta’ Maltin, ukoll fuq traffikar ta’ droga.
Xahar qabel, Milos Cvetkovic ingħata sentenza ta’ sena ħabs fuq pussess ta’ dokumenti foloz kif ukoll għax weġġa’ uffiċjal tal-Pulizija u ħarab mill-arrest. Bħalu, b’identita falza, kien arrestat ukoll Mihail Draskovic, ukoll matul is-sajf.
Erba’ Serbi kienu qed jiġu mfittxija wkoll mill-Pulizija fuq traffikar tad-droga, fosthom Srdjan Dragic, Milos Markovic u Ivan Bozic. Dan apparti Milos Vidakovic, li ta daqqiet ta’ sikkina lil raġel mill-Maċedonja.
Bla dubju l-iktar att li xxokkja l-pajjiż u li twettaq minn Serb, kien dak ta’ Bojan Cmelik. Is-Serb, li l-każ tiegħu ukoll jissemma’ minn dan is-sit Russu, hu l-istess wieħed li qatel lil Hugo Chetcuti.
Ta’ min jinnota li ż-żieda fil-kriminali Serbi tikkonċidi maż-żieda fil-kostruzzjoni f’Malta, waqt li ġie nnutat ukoll li diversi Serbi nġiebu lejn Malta biex iservu fis-settur tal-ospitalita.
//= $special ?>