Minn informazzjon li waslet għand netnews.com.mt, jidher li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu, ingħataw in-nar żewġ karozzi.
Dawn il-karozzi kienu pparkjati fi Triq il-Ġirasol, Birkirkara. Il-karozzi ġarrbu ħsarat estensivi. Apparti l-karozzi, jidher ukoll li l-faċċata tal-ħanut li quddiemu kienu pparkjati dawn il-vetturi, wkoll inħakmet min-nirien.
Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.
