Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi twassal Malta iktar kmieni matul il-ġurnata permezz ta’ titjira mill-Marokk.
Dan wara li ħassu ma jiflaħx waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-pajjiż Afrikan, fejn kien parti minn delegazzjoni Maltija li kienet qiegħda fuq żjara għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.
Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia nnota bi pjaċir il-wasla tiegħu f’Malta, fejn issa mistenni jkompli bil-kura neċessarja.
L-Ispeaker Farrugia, f’ismu u f’isem id-deputati kollha tal-Kamra, awgura fejqan ta’ malajr lil Frederick Azzopardi li issa jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>