Lokali Saħħa

“Is-suwiċidju mhux is-soluzzjoni”

"Irridek Tgħix!"

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa din is-sena qed tiffoka fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju hekk kif mad-dinja kollha isseħħ mewta, traġedja prevedibbli, kull 40 sekonda.

“Il-messaġġ hu llum li s-suwi-ċidu mhux is-soluzzjoni. Min jitkellem dwar dawn l-esperjenzi għax ikun għadda minn attentati   ta’ suwiċidju li ma jirnexxux għal  xi raġuni jew oħra, jitkellem  b’konvinzjoni illi kieku kellhom l-għajnuna jew xi lil ħadd min ikellimhom, din l-esperjenza ma kinux jgħaddu minnha. Isostnu b’konvinzjoni li s-suwiċidju ma jsolvi xejn għaliex huma jkunu jridu biss li joqtlu d-dwejjaq li jkunu għad-dejjin minnhom. Jiddeskrivu l-esperjenza tagħhom li ma jkunux iridu jmutu, iżda biss li xi ħadd jieqaf u jkellimhom.”

Dan kien il-messaġġ li tkellem dwaru b’emozzjoni ma’ In-Nazzjon, il-Psikjatra Mark Xuereb, il-fun-datur tal-Fondazzjoni Sokkors, li flimkien mal-entitajiet mhux-governattivi  bħalma  hi  l-Crisis  Resolu-tion Malta, jaħdmu qatigħ biex pajjiżna jgħaddi mill-kliem għall-azzjoni b’inizjattivi favur il-prevenzjoni, biex is-soċjetà tagħna tilħaq  il-mira ta’ ‘zero suicide’.

Mark Xuereb qal li dawn il-persuni vulnerabbli jkunu għatxana għal persuna li tismagħhom min-għajr ma tagħmel affarijiet kbar iżda li tkun ta’ għajnuna kbira għal min ikun qed jaħseb li jwettaq suwiċidju. Kull suwiċidju – li hu wisq għas-soċjetà tagħna – jikkawża ħafna tbatija li b’konsegwenza t’hekk, il-qraba tal-vittmi tas-suwiċidju jku-nu aktar vulnerabbli li jwettqqu suwiċidju huma stess.

Dawn il-persuni qraba jew ħbieb huma fir-riskju ta’ kważi 80% ta’ problemi ta’ saħħa mentali, waqt li r-riskju li jħabbtu wkoll wiċċhom ma’ problemi fuq il-post tax-xogħol jew minn skola, hu ta’ 65%. Jekk wieħed iħares lejn l-istatis-tika f’pajjiżna jirriżulta li hemm tliet persuni nisa u rġiel Maltin li jneħħu ħajjithom kull xahar, u għal kull tliet persuni hemm 20 li qed iweġġgħu lilhom infushom u għandhom mitt darba aktar ċans mill-popolazzjoni li jneħħu ħajjit-hom. U għal dawn in-nies kollha flimkien, hemm sitt persuni li jiġu influwenzati bir-riskju ta’ problemi fis-saħħa mentali.

F’Malta u Għawdex hawn mal-400 persuna li jistgħu jiġu influ-wenzati kull xahar b’mod jew   ieħor, għalkemm mhux kulħadd   bl-istess mod. Dan b’riżultat tal-impatt tal-problemi fis-saħħa mentali pubblika. F’sena, hemm aktar minn 4,500 persuna li jkunu influwenzati. Is-suwiċidju hu t-tieni l-akbar kawża ta’ mewt komuni fost nies fl-età bejn il-15 u d-29 sena mad-dinja kollha. Hemm kważi kwart tal-popolazzjoni bi problemi ta’ saħħa mentali jew bi problemi ta’ droga, u huma 40 fil-mija biss minn dawn li jkollhom l-għajnuna biex jindirizzaw u jimmaniġjaw din il-kriżi.

Tista’ taqra aktar dwar dan fuq il-gazzetta in-Nazzjon tal-lum.