Internazzjonali

L-Użu tal-forza militari hu inaċċettabbli – PN

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma diversi pajjiżi u vuċijiet fid-dinja ħielsa u demokratika u jappella sabiex l-attakk li għaddej preżentement fuq l-Kurdi Sirjani jieqaf immedjatament.

Fi stqarrija iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonali tal-PN Roslyn Borg Knigt, il-PN tenna mhux aċċettabbli li t-Turkija tibqa tuza l-forza militari u mhux dik tad-diplomazzija sabiex jigu solvuti dawn l-posizzjonijiet.

Il-PN jesprimi tħassib li se jkun hemm konsegwenzi iktar gravi u serji li se jiżviluppaw f’distruzzjoni. L-ewwel, kriżi umanitarja ikbar u t-tieni, żieda fir-riskji li t-terroriżmu jġib.

Il-Partit Nazzjonalista jappella sabiex fin-Nazzjonijiet Magħquda u fl-Unjoni Ewropea jkun hemm pożizzjoni ċara, vuċi waħda u ebda forma ta’ indifferenza għal dak li għaddej preżentement.

M’għandux jiġi permess li t-triq tad-diplomazija tiġi njorata l-appell hu sabiex dan lattakk jieqaf u fir-raġuni tinstab soluzzjoni bejn il-partijiet.