Hekk kif it-tim nazzjonali Malti jinsab għaddej bl-aħħar preparamenti għal partita minn ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra l-Iżvezja minn Grupp F, il-kowċ Ray Farrugia se jkollu għad-diżpożizzjoni tiegħu 24 plejer minflok is-26 li oriġinarjament sejjaħ il-ġimgħa l-oħra.
Dan wara li l-plejer ta’ Gzira United F.C. Juan Carlos Corbalan u l-plejer ta’ Sliema Wanderers FC Jean Paul Farrugia, it-tnejn li huma għadom qed jirkupraw minn injuries li soffrew mal-klabbs rispettivi tagħhom.
Fl-aħħar partita l-Maltin tilfu bl-isor ta’ 1-0 barra minn darhom kontra r-Rumanija filwaqt li Żvezja kisbu punt fi dro ta’ 1-1 f’darhom kontra n-Norveġja.
Il-partita ta’ nhar is-Sibt ser tintlagħab fl-iStadium Nazzjonali fid-8:45pm filwaqt li mbad l-iskwadra terħilha lejn il-Gżejjer Faroe biex it-Tlieta fl-istess ħin tilgħab kontra l-istess Gżejjer Faroe.
//= $special ?>

