FINLANDJA 4
MALTA 0
Test diffiċli għall-Malta U21s li ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Finlandja li minn naħa tagħhom żammew l-bidu bla telfa tagħhom fi Grupp 8 mill-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-2021.
Il-Finlandja, li għelbu lill-Ukrajna 2-0 barra minn darhom qabel draw ta’ 1-1 mal-Irlanda ta’ Fuq, enfasizzaw il-qawwa tagħhom bi prestazzjoni kmandanti oħra.
Mill-aħħar kwalifikazzjoni kontra l-Ukrajna (0-4), il-kowċ ta’ Malta, Silvio Vella għamel żewġ bidliet. Jamie Zerafa ħa post Kurt Shaw, li hu parti mill-iskwadra tal-kbar għall-logħob mill-gruppi ta’ kwaifikazzjoni għall-EURO 2020 li ġejjin, filwaqt li Zachary Cassar ta’ Gudja United għamel id-debutt uffiċjali tiegħu f’din il-kategorija, meta daħal flok Aidan Friggieri.
Fit-tmien minuta, l-ospitanti resqu viċin iżda l-gowlkiper Malti Andreas Vella għamel save tajjeb.
Il-Finlandja marru minn fuq fl-24 minuta. Mikael Soisalo tefa’ kross mil-lemin u Jasin Assehnoun tefa’ fix-xibka mill-viċin.
Il-Finlandja għamluhom 2-0 fil-31 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Benjamin Kallman, li kien f’pożizzjoni dubjuża ta’ offside.
Malta sofriet it-tielet minn Soisalo, ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima.
Fis-66 minuta, il-Finlandja żiedu l-vantaġġ meta Onni Valakari sab ruħu żmarkat biex ssiġillat rebħa komda.
FINLANDJA
William Jaaskelainen, Aapo Halme (Jonas Hakkinen 56), Joonas Sundman, Juhani Pikkarainen, Kaan Kairinen (Jaakko Oksanen 70), Mikael Soisalo, Benjamin Kallman (Eetu Vertainen 56), Onni Valakari, Lucas Lingman (Saku Ylatupa 70), Miko Virtanen, Jasin Assehnoun (Enoch Banza 81).
MALTA
Andreas Vella, Jean Borg, Nicholas Pulis, Jamie Zerafa (Shaun Dimech 80), Zachary Brincat (Omar Elouni 87), Myles Beerman (Ayrton Attard 87), Zachary Grech, David Xuereb, Michele Sansone, Gary Camilleri, Zack Cassar (Jan Busuttil 46).
Referee: Robert Jenkins (Wales).
//= $special ?>

