L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qablu li jintensifikaw id-diskussjonijiet fil-ġranet li jmiss. Dan wara l-aħħar taħditiet bejn ir-rappreżentant tal-Unjoni Michel Barnier u s-Segretarju Britanniku għal Brexit, Steve Barclay.
Filwaqt li ż-żewġ naħat irreferew għall-aħħar taħditiet bħala kostruttivi, Barnier ħeġġeġ ukoll għall-paċenzja, meta l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit qegħdin jittamaw fi ftehim qabel is-summit kruċjali programmat għall-ġimgħa d-dieħla.
Ir-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Ottubru u s-summit tal-Unjoni, li se jsir bejn is-17 u t-18 ta’ Ottubru, qed jitqies bħala l-aħħar ċans għall-Britanniċi u l-Istati Ewropej biex jaslu fi ftehim qabel id-deadline ta’ Brexit.
//= $special ?>