Lokali

Ħtieġa urġenti ta’ demm hekk kif ir-riżervi huma baxxi ħafna

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa kbira għad-demm biex ir-riserva baxxa ta’ bħalissa titla’ kemm jista’ jkun malajr. ħaldaqstant dawk li jgawdu saħħithom huma ġentilment mitluba biex jersqu u jagħtu d-demm, possibbilment illum, għada, jew nhar il-Ħadd.

B’rabta ma’ din is-sejħa tajjeb li wieħed ifakkar li Servizz ta’ Saħħa tajjeb jiddependi wkoll minn riserva suffiċċjenti ta’ demm, li tforni l-ħtiġijiet kbar fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin.

Tajjeb ukoll li wieħed iżomm f’moħħu li d-demm ma jistax jinxtara  bħal ma jsir fil-każ mediċini, iżda jiġi minn donazzjonijiet ta’ nies altruwisti u eliġibbli biex jagħtu d-demm.

Appell aħħari hu biex wieħed ixerred kemm jista’ jkun il-kelma għall-benefiċċju ta’ dawk il-pazjenti b’mard kroniku, inkluż tal-kanċer, dawk li ser jiġu operati, kif ukoll dawk korruti.

I-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh mit-8:00am sas-6:00pm. Il-karta tal-identità hi meħtieġa!Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313