Raġel suspettat bħala estremista tal-lemin ammetta dwar attakk li seħħ jiem ilu fuq sinagoga fejn inqatlu żewġ persuni u li l-iskop wara l-attakk ‘kien wieħed anti-Semitiku’.
Is-suspettat — Stephan Balliet, ta’ 27 sena — kien qed jitkellem waqt smigħ quddiem imħallef tal-qorti federali u fejn hu żvela dettalji tal-attakk li kien seħħ fil-belt ta’ Halle. L-istess suspettat kien spiċċa arrestat f’nofs il-ġimgħa wara li mara nqatlet b’tiri ta’ arma quddiem is-sinagoga.
Fl-attakk inqatel ukoll raġel ta’ 20 sena li spiċċa aggredit ġo ħanut tal-kebabs. Dan wara li l-aggressur ma rnexxilux fl-attentati biex jidħol fis-sinagoga u fejn kien spiċċa jispara diversi tiri lejn il-belt. Dak il-ħin, fis-sinagoga, kien hemm għexieren ta’ nies qed ifakkru Yom Kippur li hu l-aktar jum qaddis għal-Lhud.
L-investigaturi jemmnu li Baillet kien qed jaħseb biex iwettaq massakru fis-sinagoga. Dan ir-raġel, issa, qed jiffaċċja akkużi dwar omiċidju doppju flimkien ma’ akkużi dwar diversi attentati ta’ qtil. Qabel l-arrest, is-suspettat kien anki darab raġel u mara oħra u, għalissa, qed jinżamm taħt detenzjoni sakemm jasal iż-żmien biex jitressaq għal ġuri.
//= $special ?>