Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-obeżità, il-Partit Nazzjonalista, permezz tal- Kelliem tal-Partit għall-Ġlieda kontra l-obeżità, Ryan Callus qas li l-obeżità hija sfida dinjija, fejn hu stmat li madwar żewġ biljun persuna huwa affetwati mill- obeżità. F’pajjiżna wkoll, f’ċertu etajiet tas-soċjeta’, ninsabu fil-quċċata fir-rata ta’ Maltin obeżi, meta kkumparat ma’ pajjiżi oħra Ewropej.
L-istqarrija tgġid li bħala parti mill-istrateġija Nazzjonali tal-isport, il-Partit Nazzjonalista kien ippropona numru ta’ proposti li jistgħu jikkontribwixxu b’mod dirett sabiex il-Maltin jkunu aktar attivi, bit-tama li joħorġu mill-isfida tal- obeżità. Fost il-proposti, il-Partit Nazzjonalista kien ippropona investiment f’4 villaġġi sportivi li joffru spazji fejn wieħed ikun jista’ jipprattika l-atletika u sport ieħor. Għaliex pajjiżna għandu fost l-ogħla rati ta’ obeżità fi tfal ta’ madwar 11 u 13-il sena, il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jappella lill-Gvern sabiex jintroduċi mingħajr aktar dewmien, 30 minuta ta’ attività fiżika kuljum, bħala parti mis-siegħat uffiċjali tal-iskola. Biex ħadd ma jibqa’ lura, ipproponejna wkoll coaches speċjalizzati fl-isport għall-persuni b’diżabbiltà, li jixirqilhom huma wkoll, l-opportunitajiet sabiex jkunu ċittadini attivi.
L-istqarrija tkompli tgħid li dak li nistgħu negħlbu llum b’mod iktar faċli, jsir iktar diffiċli fil-futur. Il-Partit Nazzjonalista kien ressaq abbozz ta’ liġi, li eventwalment daħlet fis-seħħ f’Jannar 2016 dwar stili ta’ ħajja sana. Sal-lum il-ġurnata, għad hemm provvedimenti f’din il-liġi li ma ġewx implimentati. Għaldaqstant, ittemm tgħid l-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni l-importanza sabiex il-Gvern jieħu azzjoni minnufih, u jimplimenta il-provvedimenti kollha tal-Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana
//= $special ?>