Internazzjonali

Jiħraxu l-attakki Torok fuq is-Sirja

It-Turkija eskalat l-assalt tagħha fuq il-Kurdi fis-Sirja, b’eluf ta’ persuni jiġu sfurzati jaħarbu miz-zona.

Aġenziji Internazzjonali qed iwissu dwar kriżi umanitarja kbira fir-reġjun hekk kif il-ġlied qed ikompli jiħrax.

Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li aktar minn, hekk kif sejħilhom hu, terroristi, ġew maqtula fil-ġlied, għalkemm dwar dan kien hemm rapporti konflinġenti.

Sadanittant, uffiċjali Torok qalu li żewġt itfal u ommhm sfaw maqtula riżultat ta’ sparar minn naħa tal-Kurdi.

Il-Forzi Torok bdew l-attakki tagħhom l-Erbgħa li għadda wara li l-President Amerikan Donald Trump irtira t-truppi Amerikani mir-reġjun tal-Kurdi.

Din id-deċiżjoni qed tkun meqjusa bħala waħda li tindika ċaqliq fil-pożizzjoni tal-President Amerikan, li s-sena li għaddiet wiegħed l-appoġġ tiegħu lill-Kurdi li “iġġieldu u mietu magħna”. 

Il-mossa ta’ Trump qed tkun ikkritikata bl-aħrax kemm mir-Repubblikani kif ukoll mid-Demokartiċi f’Washington u minn esperti tad-Difiza.