Internazzjonali

Jisplodi u jieħu n-nar tanker taż-żejt Iranjan

Tanker taz-zejt Iranjan ħa n-nar ħdejn il-port ta’ Jeddah fis-Saudi Arabia wara splużjoni li seħħet abbord, f’dak li hu maħsub li kien attakk terroristiku.

L-aġenzija Iranjana ISNA qalet li l–isplużjoni seħħet abbord vapur tal-kumpanija National Iranian Oil Company.

Skont rapporti, esperti qed jgħidu li dan kien attakk terroristiku,

Sorsi qalu lill-aġenzija tal-aħbarijiet li l-isplużjoni kkawżat ħsarat estensivi lit-tanker u li minnu kien ħiereġ żejt fil-Baħar l-Aħmar.

L-ekwipaġġ abbord il-vapur jinsabu qawwijin u sħaħ.