Ir-rikors imressaq mill-ministri Edward Scicluna, Christian Cardona u Konrad Mizzi hu prova ċara li dawn it-tlett ministri tal-Gvern iridu li jżommu informazzjoni mir-rapport Egrant mistura. Dan waqt li esponenti tal-Gvern, inkluż huma għandhom aċċess għar-rapport.
Ir-rikors imressaq mill-ministri Edward Scicluna, Christian Cardona u Konrad Mizzi hu prova ċara li dawn it-tlett ministri tal-Gvern iridu li jżommu informazzjoni mir-rapport Egrant mistura. Dan waqt li esponenti tal-Gvern, inkluż huma għandhom aċċess għar-rapport.
Fl-istess waqt l-Avukat Ġenerali li l-kawża oriġinali hija kontrieh qed jerġa’ jilbes żewġt ikpiepel biex jiddefendi lill-Ministru tal-Gvern li jridu jaħbu l-verità mill-poplu Malti.
Il-Qorti Kostituzzjonali kienet laqgħet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq rikors li kien ippreżenta biex tliet Ministri tal-Gvern, Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi – jittellgħu jixhdu taħt ġurament dwar l-informazzjoni li għandhom fuq ir-rapport Egrant wara li f’kawża separata, ikkwotaw siltiet mir-rapport tal-Inkjesta li s’issa għadhom qed jinżammu mistura.
Fir-risposta tieghu Adrian Delia qal li jgħidu x’jgħidu t-tliet Ministri, il-punt jibqa’ wieħed ċar, li huma iċċittaw parti mill-inkjesta Egrant, liema silta ma tinstabx fil-konklużjonijiet ippubblikati mill-Avukat Ġenerali għal konsum tal-pubbliku. Il-mistoqsija li trid issir lix-xhieda rikorrenti fuq il-pedana tax-xhieda hija ċara: Min fejn ġie dak il-bran ċitat? Ir-risposta li tingħata jaf ikollha eżitu fuq dawn il-proċeduri kostituzzjonali.
Adrian Delia qal li huwa inutli li x-xhieda rikorrenti jippruvaw jinħbew wara drittijiet li huma qegħdin jgħidu li għandhom fl-atti tal-inkjesta. Żied li dan l-iżvilupp juri li l-unika impożizzjoni milli jkollu aċċess għar-rapport Egrant kienet fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni u l-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi.
Delia żied li l-PN se jkompli jaħdem biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf il-verità kollha u allura dak li għal xi skop jew ieħor, li jaf hu biss, irid jaħbi l-Gvern.
Preżenti ukoll għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, u l-kandidati l-avukati Errol Cutajar u Janice Chetcuti.
//= $special ?>