Lokali

L-ISKANDLU TAL-PASSAPORTI: Jiftehmu b’tegħmiża

Niftehmu b’tgħemiża.

Hekk jinstema jgħid rappreżentant tal-kumpanija Legali Chetcuti Cauchi li aktar kmieni dan ix-xahar inqabdu f’filmat jitkellmu ma’ ġurnalisti Franċiżi li kienu qed jindagaw dwar l-iskema tal-bejgh tal-passaporti.

Fil-filmat, li issa ġie mxandar minn stazzjon Russu fuq l-internet,  ir-rapprezentant jinstema jitkellem dwar applikazzjonijiet li jkunu ġew miċħuda. U jgħid li hu jżomm relazzjoni tajba, u qatt ma jgħid lill-Ministru li jkun ħa deċiżjoni ħażina….

Iktar minn hekk, ir-rapprezentant jgħid dak li jagħmel meta jkun hemm applikazzjoni miċħuda. Hu li jgħid li b’aktar informazzjoni tingħata stampa aktar ċara… ghax kultant ma jagħtuhx raġuni għalfejn tkun ġiet miċħuda l-applikazzjoni ghall-passaport Malti. 

Imbagħad jekk jgħemżuh meta jsemmi xi affarijet, tgħinu jkun jaf x’informazzjon għandu jissottometti biex jirribatti d-deċiżjoni.

F’parti oħra tal-filmat…kif kien zvela Net News meta ghamel it-traduzzjoni mill-Franciz ghall-Malti… l-istess rappreżentant jinstema’ jgħid li għandhom Boardroom kbira li jużawha biex jagħmlu dawk li hu sejjħilhom Passport Parties.

Intant, fi ftit sigħat minn mindu ħareg il-filmat fuq il-media soċjali, il-kumpanija Chetcuti Cauchi kellha l-licenzja tagħha sospiza…. izda l-Gvern inniffsu ma waqqafx l-iskema u l-bejgħ tal-passaporti għadu għaddej sa llum.

Il-filmat tal-Franċiżi tkompli twaqqa l-argumenti li għamlu diversi membri tal-Gvern, inkluż Julia Farrugia Portelli u Owen Bonnici….li din mhi xejn għajra skema ta’ bejgħ tal-passaporti.C

 …u li l-iskema hija mimlija loopholes għal min irid akkost ta’ kollox jakkwista passaport Malti, l-aqwa li għandu il-flus.

Intant ftit tas-sigħat qabel ma ħareġ dan il-filmat,  ħarġet parti oħra mill-filmat li turi lill-imprenditur Luke Chetcuti fejn jinstema jgħid li tkellem mal-Ministru Chris Cardona biex jirranġalu ħalli jingħata parti mill-bajja ta’ San Ġorg….allegazzjoni serja oħra fuq Ministru ieħor tal-Gvern.