Sport Sport Ieħor

Luxol matematikament eliminati mir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Champions League

Iċ-champions Maltin Luxol Futsal huma matematikament eliminati mir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League wara li sofrew it-tieni telfa fi Grupp 5. Huma tilfu 5-1 kontra Sparta Praha li b’hekk huma viċin li jikkwalifikaw.

Iċ-Ċeki daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq b’gowl ta’ Drahovský wara 13-il minuta. Brahimi u Wilde għamlu l-iskor 3-0 fl-ewwel sitt minuti tat-tieni taqsima, b’Alcides Pereira De Souza jnaqqas id-distakk għal Luxol fit-30 minuta. It-tim ta’ Gabriel Dobre saħansitra kellu ċ-ċans li jnaqqas id-distakk iżda ma kienx preċiż quddiem il-lasta. Sparta Praha għamlu l-iskor 4-1 anqas minn żewġ minuti wara, b’Seidler jiskorja l-ħames gowl fit-33 minuta.

Il-Ħamis, Luxol tilfu 3-1 kontra Bielsko-Biala 3-1. It-tim Malti jilgħab l-aħħar logħba tal-grupp il-Ħadd fil-5.30pm kontra t-tim Rumen Imperial Wet li lbieraħ għelbu lil Bielsko-Biala 2-1.