Ambjent Lokali Parlament

Mozzjoni mill-Oppożizzjoni biex il-Gvern jiddikjara Emerġenza tal-klima

“L-ambjent għandu jkun ċentrali għall-politika tal-Gvern. L-ambjent irid ikun fil-qalba ta’ politika li ma tħarisx biss lejn in-numri, li tqis biss it-tkabbir ekonomiku imma soċjetà li tħares lejn l-iżvillup sħiħ tal-perunsa u tas-soċjetà. L-ambjent huwa aħna. Ma nistgħux nitraskuraw l-ambjent għaliex inkunu qed nitraskuraw lilna infusna, inkunu qed nkissru il-futur ta’ uliedna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal dan waqt konferenza stampa li fiha spjega kif pajjiżna irid ikun fuq quddiem fil-ġlieda kontra it-tibdil fil-klima. Għalhekk li l-Partit Nazzjonalista preżenta mozzjoni fil-Parlament biex jipproponi t-twaqqif ta’ Kumitat Nazzjonali għall-Emerġenza tat-Tibdil tal-Klima. Fl-istess waqt f’din il-konferenza ta’ l-aħbarijiet ingħataw dettalji dwar il-proposti li hemm fid-dokument ta’ qabel il-Budget tal-Partit Nazzjonalista, proposti immirati biex pajjiżna ikollu ambjent aħjar.

Dwar il-Kumitat Nazzjonali għall-Emerġenza tat-Tibdil tal-Klima, il-PN qiegħed jisħaq li dan il-kumitat għandu jżomm kuntatt ma’ esperti u s-soċjetà ċivili u jipproponi inizjattivi sabiex Malta tiġġieled it-tibdil fil-klima. Ta’ kull sena, dan il-kumitat għandu jippublika rapport biex jinforma x’sar u x’hemm bżonn isir biex jintlaħqu l-miri stabbiliti għat-tnaqqis fl-emmissjoinijiet sal-2030 u sal-2050 f’konformi ma’ obbligazzjonijiet Ewropej. Il-mozzjoni tgħid ukoll li tali kumitat għandu jkollu s-setgħa li jinnomina persuna biex jinħatar supretendent għat-tibdil fil-klima biex jiżgura li Malta tilħaq dawn il-miri. 

Żgħażagħ miġburin fi protesta ftit tal-jiem ilu

Il-Partit Nazzjonalista ħa dan il-pass għaliex jemmen f’soċjetà li tiżviluppa b’mod sħiħ, b’mod pjanat, b’mod li l-ekonomija u l-ambjent jimxu id f’id u mhux li waħda tavvanza għas-skapitu tal-oħra kif qiegħed jiġri illum.”

Adrian Delia qal li l-politika tal-Gvern, politika mmirata biex tkabbar l-ekonomija billi tkabbar il-popolazzjoni qed issarraf fi problemi ambjentali kbar. Pajjiżna għandu fost l-agħar kwalità ta’ arja fl-Unjoni Ewropea. Pajjiżna mhux qiegħed ilaħħaq mal-iskart domestiku u skart tal-kostruzzjoni. Pajjiżna qiegħed kull ma jmur jitlef iktar u iktar mill-kampanja tiegħu. Dan filwaqt li l-ambjent tal-lokalitajiet qiegħed jisipiċċa vittma ta’ telqa kbira u żvilupp bla rażan jew ppjanar li qed iwassal biex jinitilef il-karatru u sbuħija.

Fl-istess konferenza tkellem ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Jason Azzopardi li ta elenku tal-proposti li hemm fid-dokument. Fost dawn ta’ min isemmi:

•      L-introduzzjoni tad-dritt legali actio popolaris f’materji ambjentali;

•      Il-krejazzjoni ta’ pjattaforma diġitali, miftuħa għal kulħadd, li fiha kull persuna, għaqda mhux governativa, akkademiċi u oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu ideat, esperjenzi u studji xentifiċi ta natura ambjentali;

•      Aċċess aħjar u iżjed trasparenti għall-informazzjoni marbuta ma’ deċiżjonijiet ambjentali

•      Kull permess ta’ żvilupp għandu jkun akkumpanjat minn terminu raġenovli li fih irid isir l-iżvilupp biex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent għall-komunità u residenti.

•      Il-Gvern jdaġġal kriterji ambjentali fit-tenders pubbliċi.

•      L-Awtorità tal-Ambjent tingħata id-dritt tal-aħħar kelma f’applikazzjoni ta’ żvillup ta’ portata kbira li jkunu ser jaffetawaw lokalitajiet li huma ambentalment sensittivi

•      L- SPED jigi aġġornat b’vizzjoni li tħares lejn is-sena 2050

•      Inċentivi fiskali sabiex ikun hemm standards ambjentali għoljin f’bini ġdid.

•      Inċentivi fiskali għall-binjiet li jilħqu standards NZEB (Near-Zero Energy Buildings)

•      Jinbeda proċess konsultattiv dwar id-dritt għar-raġġi tax-xemx fuq is-soqfa, partikularment għal dawk li investew f-sistema ta’ pannelli tax-xemx.

•      Inċentivi fiskali għal min jagħmel ġonna fuq il-bjut

•      Parti mill-VAT miġbura minn lokalità għandhom jintużaw biex dik l-istess lokalità tiġi imtejjba u mmanġġijata aħjar.

•      Issir Skyline policy għal Malta u Għawdex

•      Malta tniedi proċess, fil-qafas ta-trattiti internazzjonali eżistenti, biex jiġu protetti l-ibħra tagħna

•      Jiġi stabbilit Noise Control Board

•      Jiġu nfurzati r-regolamenti u liġijiet li jitolbu li kull binja jkollha Sistema li tiġbor l-ilma tax-xita;

•      Isir audit fuq il-vetturi kollha tal-Gvern sabiex jiġi assigurat li dawn huma konformi mar-regoli ambjentali partikularment fejn jidħlu emmissjonijiet u ħsejjes

•      Issir policy nazzjonali u strategija biex il-lokalitajiet iħaddru iżjed

Preżenti ukoll għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius.