Reazzjoni pożittiva minn Nature Trust Malta u BirdLife Malta
Fi stqarrijiet separati, Nature Trust Malta u BirdLife Malta laqgħu b’sodisfazzjon il-Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni, fid-dawl tal-kriżi internazzjonali li qed tiżviluppa mill-kwistjoni tat-tibdil fil-klima.
Iż-żewġ għaqdiet qed jappellaw lill-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra biex jappoġġjaw din il-Mozzjoni u li wasal iż-żmien biex jaġixxu għall-futur ta’ wliedna. Huma qed itennu wkoll li pajjiżna għandu jipparteċipa aktar f’dan il-moviment globali.
//= $special ?>