NAXXAR LIONS …………………. 3 QORMI ………………….. 0
Naxxar: O. Borg, J. Sciberras, M. Fenech, M. Mifsud, F. Edson Cerqueira, D. Falzon, R. Cassar, J. Debono, B. Essiel, S. Meilak (J. Ellul 67’) G. Martins Leite (A. Azzopardi 90’)
Qormi: J. Azopardi, F. Gnindokponou, C. Matombo, R. Silva Santos, M. Borg, B. Grech (T. Gusman 54’), A. Abela, L. Farrugia, F. Gusman, N. Ghio, N. Gauci (S. Grech 74’)
Referee: Aleksandar Jovanovic
Qormi sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta kienu megħluba minn Naxxar Lions 3-0, li minn naħa tagħhom kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, u kisbuha minkejja li lagħbu l-aħħar nofs siegħa bi plejer inqas. Għal Qormi riżultat mill-iktar deludenti li jixħet lit-tim immexxi minn Vince Carbonaro fi kriżi wara t-telfa kbira li sofrew kontra Swieqi fl-aħħar ħarġa.
L-ewwel azzjoni denja waslet fl-24 minuta u ssarrfet fil-gowl tal-vantaġġ ta’ Naxxar meta DARREN FALZON għeleb lil Jamie Azzopardi b’daqqa ta’ ras minn pożizzjoni ideali. Wara dan il-gowl, il-logħob żvolġa l-aktar f’nofs il-grawnd sakemm fl-40 minuta waslet ir-risposta ta’ Qormi meta xutt ta’ Michael Borg għadda għoli.
Wara l-mistrieħ Qormi ħarġu xi ftit aktar determinati fit-tentattiv li jagħmlu l-iskor indaqs madankollu d-difiża Naxxarija ftit li xejn għaddiet minn periklu serju. Fil-61 minuta Naxxar spiċċaw jilagħbu b’10 plejers wara li Mead Mifsud ġie muri t-tieni karta safra għal fawl fuq plejer avversarju fi tliet kwarti ta’ grawnd difiż minn Naxxar.
Minkejja li kienu qed jilagħbu bi plejer anqas, erba’ minuti wara Naxxar irduppjaw meta GILBERTO MARTINS LEITE tefa’ l-ballun f’xibka vojta wara azzjoni li fiha anke qabeż lill-gowlkiper avversarju. Qormi naqsu li jagħmlu reazzjoni tant li fit-80 minuta Naxxar żiedu gowl ieħor meta JOEL ELLUL ikkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx minn żewġ passi bogħod.
//= $special ?>