Nestlé Malta tistieden lill-konsumaturi tagħha biex jingħaqdu mal-iskema Nestlé Collect. Din l-inizjattiva, li għadha kemm ġiet estiża bi sħab ma’ GreenPak, tiffaċilita l-ġbir tal-pakketti vojta tal-prodotti tan-Nestlé mingħand il-konsumaturi għar-riċiklaġġ. Min jipparteċipa fl-iskema jkun qed jieħu l-opportunità li jakkwista xi rigali filwaqt li jgħin biex il-materjal tal-ippakkjar ikun riċiklat b’mod strutturat u regolat – u mhux jispiċċa kollu fiż-żibel.
Din is-sena, l-iskema Nestlé Collect m’għadhiex limitata għal 40 prodott tan-Nescafé biss, iżda twessgħet għal madwar 200 prodott tal-marka Nestlé. Dan ifisser li, minflok jiġu riċiklati biss il-vażetti tal-kafé u l-kartun tal-prodotti Dolce Gusto, issa se jinġabar aktar materjal tal-ippakkjar, inklużi laned, tipi differenti ta’ kartun, u wrappers.
Fost il-prodotti tan-Nestlé li issa se tkun tista’ ssarraf f’punti u rigali hemm il-KitKat, Yes!, Fitness, il-ħalib Ideal, MILO, Nesquik, u ħafna oħrajn. Tista’ tara l-lista sħiħa tal-prodotti li jaqgħu taħt l-iskema meta tikkrea l-kont tiegħek fl-iskema Nestlé Collect – li tirreġistra fiha bla ħlas u b’mod faċli ħafna.
Nestlé Malta qed tistieden lill-konsumaturi tagħha biex jirreġistraw online fuq www.nestle-collect.com, u mill-ewwel se jirċievu 50 punt. Wara li jkomplu bir-rutina tagħhom ta’ kuljum filwaqt li jużaw il-prodotti Nestlé, huma mħeġġa biex jieħdu l-pakketti vojta fiċ-Ċentru tal-Konsumaturi tan-Nestlé f’Ħal Lija u, għal kull prodott li jifforma parti mill-iskema, jingħataw il-punti. Aktar ma wieħed itella’ punti, aktar jakkwista rigali – minn rigali ikoniċi sa bosta vouchers. Il-punti jistgħu jiżdiedu billi wieħed jistieden lill-ħbieb biex jidħlu fl-iskema, u l-parteċipanti jistgħu jiċċekkjaw kemm għandhom punti online – anke mill-ismartphone.
Permezz tat-tiġdid u t-tkabbir ta’ din l-inizjattiva u l-kollaborazzjoni ma’ GreenPak, Nestlé Malta qed tippremja l-lealtà tal-konsumaturi tagħha u tkabbar il-volum impressjonanti ta’ materjal li tirriċikla. “Huwa dmir tagħna li ntejbu l-komunità li aħna parti minnha,” spjega s-Sur Alfred Borg, Marketing & Corporate Communications Manager tan-Nestlé għal Malta. “Nafu li għandna l-istess għanijiet favur l-ambjent bħall-konsumaturi tagħna. Għaldaqstant, dan hu l-mod tagħna kif nippremjaw konsumaturi leali b’mod sinifikattiv filwaqt li flimkien innaddfu l-ambjent li ngħixu fih ilkoll.”
Permezz tal-iskema Nestlé Collect, il-kumpanija qed tqawwi l-impenn tagħha favur l-ambjent lokali, tippromwovi s-separazzjoni tal-iskart f’Malta, u ssaħħaħ ir-responsabbiltà soċjali tagħha bħala kumpanija.
Barra minn hekk, dan kollu jagħmel parti minn skop ferm ikbar. In-Nestlé diġà ħabbret li, fuq medda ta’ żmien aktar fit-tul, qed tintrabat li sal-2025 il-prodotti kollha tagħha jkunu kompletament riċiklabbli u/jew jistgħu jerġgħu jintużaw.
//= $special ?>