Il-provi uffiċjali għall-Grand Prix tal-Ġappun ġew posposti kawża tat-tifun Hagibis li mistenni jgħaddi qrib iċ-ċirkwit ta’ Suzuka. Dalgħodu ġie kkonfermat li għada s-Sibt iċ-ċirkwit se jkun magħluq għall-pubbliku u l-media, biex b’hekk il-Ħadd se jsiru l-provi uffiċjali fit-3.00am u t-tellieqa tibda fis-7.10am, ħin ta’ Malta.
Fi stqarrija intqal li d-deċiżjoni ttieħdet fl-interess tas-sigurtà tal-ispettaturi, il-kompetituri u dawk li se jkun preżenti fiċ-ċirkwit. Id-deċiżjoni tfisser li t-timijiet u s-sewwieqa se jkollhom żewġ sessjonijiet ta’ prattika biex jippreparaw għall-provi uffiċjali. Din se tkun it-tielet darba li l-provi uffiċjali fil-Ġappun se jsiru l-Ħadd wara l-2004 u l-2010.
//= $special ?>