Internazzjonali

4 mejta fi klabb fi Brooklyn

4 persuni tilfu ħajjithom u tal-anqas tlieta oħra sofrew ġrieħi gravi fi sparatura fi Brooklyn.

L-isparatura seħħet fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu u l-awtoritajiet ta’ New York qalu li l-mottiv tal-ispartaura ma kienx magħruf.

Il-Pulizija ta’ New York qed iżżomm persuna marbuta mal-kaz.

Kelliem għall-Pulizija qal li għal ħabta tas-7.00 ta’ filgħodu daħlulhom telefonati dwar sparar fi Crown Heigths, fi Brooklyn. Aktar tard sar magħruf li l-inċident kien seħħ fi klabb privat. 

Erba rġiel kienu ċċertifikati mejta fuq il-post filwaqt li żewġt irġiel oħra u mara sofrew ġrieħi ta’ sparaturi.