Lokali

Bdiewa rrabbjati għal artiklu tal-One

L-Għaqda Bdiewa Attivi esprimew rabja għal servizz tal-One li f’artiklu li deher fuq il-paġna tagħhom dwar persuni li jużaw il-pestiċida biex jikkommettu suwiċidju, użaw ritratt qarrieqi ta’ bidwi qed ibixx l-għalqa bil-pestiċida.

Post li għamlet l-Għaqda Bdiew Attivi fuq Facebook

L-Għaqda Bdiewa Attivi qalu li dan ma jagħmel xejn ħlief li jkompli jitfa dawl ikrah fuq settur diġa dgħajjef.

F’post fuq Facebook, l-Għaqda qalet li l-Kamra tal-Aħbarijiet tas-Super One insistiet li żżomm is-servizz kif kien, mingħajr ma tbiddel ir-ritratt jew it-titlu. Dan minkejja li l-Għaqda ġibdet l-attenzjoni u talbet li jinbidlu biex jirrifflettu aħjar il-kontenut tal-artiklu.