Internazzjonali

Evakwati madwar tlett miljun persuna

It-tifun Hagibis jinsab riesaq dejjem iktar lejn il-Ġappun. Minn tal-inqas persuna tilfet ħajjitha filwaqt li aktar minn tliet miljun persnuna ġew avżati biex jevakwaw drjahom wara li l-Ġappun intlaqat minn riħ qawwi b’forzi ta’ urugan. Rapporti qalu li dan mistenni jġib miegħu l-aktar xita u rjiħat qawwija fl-aħħar 60 sena.

Konsegwenza ta’ dan,  it-titjiriet kif ukoll is-servizz tal-ferrovija kienu sospiżi. Ir-raġel li kellu mal-40 sena miet wara li nqaleb fil-karozza kmieni s-Sibt filgħodu fil-Lvant ta’ Tokyo filwaqt li erba’ persuni oħra weġġgħu hekk kif ir-riħ tajjar għadd ta’ bjut.

Huwa mistenni li t-tifun jolqot sew in-nofsinhar tal-Ġappun, inkluż Tokyo. Huwa maħsub ukoll li madwar mitejn millimetru ta’ xita se jkunu qed jikkawżaw għargħar.