Sport Waterpolo

FILMAT: Hemm ħafna sport li jixtiequ jaslu għal dawn il-mumenti ta’ kwalifikazzjoni – Joe Caruana Curran President tal-ASA

Kif mistenni sodisfazzjon fuq wiċċ il-President tal-ASA Joe Caruana Curran wara r-rebħa ta’ 12-10 li Malta għamlet kontra l-Portugall. Fuq kollox Caruana Curran saħaq li l-aktar ħaġa importanti hi l-kwalifikazzjoni ta’ Malta għall-Kampjonat Ewropew.

“Hi ħaġa inkredibbli li nibqgħu nagħmlu l-istorja darba wara l-oħra. Dan kollu mertu għal dan il-grupp ta’ plejers, sħabhom, il-kowċis, physio u naħseb anki l-ASA.” Il-President tal-ASA rringrazzja fuq kollox lill-plejers u l-klabbs tagħhom li sejjaħ lilhom bħala l-benniena tal-waterpolo.

Wara l-partita ma kienx hemm xi ċelebrazzjonijiet kbar u l-President tal-ASA qal li “jista’ jkun li tant hi ħaġa normali li qisu l-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet li għandna, lanqas huma xi ħaġa fenomenali. Qisu ħadniha for granted. Però hemm ħafna sports oħrajn li jixtiequ jaslu għal dawn il-mumenti. Għalina hu mument importanti u għada ħa nagħmlu minn kollox biex ikollna logħba tajba biex inħallu lil Malta b’togħma tajba bil-waterpolo.