“Importanti li erbaħna, ovvjament il-prestazzjoni mhix dik li xtaqt. Kellna ħinijiet fejn konna erbgħa minn fuq u stajna ġejna aktar, nagħmlu żball u naqilgħu gowl mill-ewwel.” Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-kowċ nazzjonali Malti Karl Izzo wara r-rebħa ta’ 12-10 kontra l-Portugall li fissret kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew għat-tielet darba konsekuttiva.
Izzo saħaq dwar l-importanza li Malta reġgħet tinsab mal-aqwa nazzjonijiet fl-Ewropa. Hu żied li kien jaf li Pedro Sousa kien wieħed mill-aqwa plejers biex jixxuttja iżda ammetta li ħareġ Rui Ramos li kontra r-Rumanija ma kienx spikka daqshekk, filwaqt li Rui Moreira tkeċċa bit-tliet fawls.
“Konna qed nistennew logħba diffiċli, ma kontx qed nistenna logħba faċli. Forsi għamilniha aktar diffiċli aħna.” Hu tenna li din hi kisba oħra f’dan l-isport anki għaliex l-avversarji kienu preparati, iżda qal li l-kwalifikazzjoni kienet meritata.
//= $special ?>