Lokali

Ir-Rabtin urtati minħabba Triq George Borg Olivier

Residenti fi Triq George Borg Olivier fir-Rabat Malta li xi xhur ilu bagħtu petizzjoni lill-Prim Ministru biex jitwessgħu l-bankini li m’humiex skont l Istandards Ewropej, petizzjoni li waqgħet fuq widnejn torox minkejja li anke għamlu protest ġudizzjarju u ma seħħ xejn, aktar kmieni din il-Ġimgħa nnutaw li t-triq taghhom spiċċat f’daħna kbira għax minkejja li għaddej xogħol infrastrutturali, it-triq infetħet għat-traffiku mingħajr m’hi asfaltata.

Ir-Residenti qed jilmentaw li ma kienux mgħarrfa b’dan u d-djar tagħhom intlew kisja trab li hu ta’ detriment għal saħħithom.

Sidien tal-ħwienet f’din it-triq qed jilmentaw li ma jistgħux jissaportu din id-daħna minħabba li se jkollhom danni kbar fl-oggetti li jbiegħu.

Ir-Rabtin jistaqsu ”Possibbli hadd ma jaghti kasna!?”