Sport

Jasal f’Malta l-eks plejer ta’ Juventus Claudio Marchisio

Ilbieraħ, wasal f’pajjiżna l-eks plejer ta’ Juventus Claudio Marchisio.

Marchisio se jkun f’pajjiżna bejn il-11 u t-13 t’Ottubru biex jipparteċipa f’sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-klabb, fil-Marsa, il-President tal-klabb Marlon Hili stqarr kif il-wasla ta’ Marcisio kienet ħolma minħabba li il-klabb ilu ġimgħat twal jibni ħbiberija ma’ dan il-plejer. Huwa stqar ukoll kif il-ħidma tal-kumitat li qed tħalli frott , qed tiġi rikonoxxuta internazzjonalment

Minn naħa tiegħu, Marchisio faħħar lit-tim ta’ Juventus, li temm magħhom l-assoċjazzjoni tiegħu, li kienet ilha għal 25 sena. Huwa stqarr kif permezz tal-esperjenza tiegħu f’Turin, hu rabba karattru sod.

Din ser tkun l-ewwel żjara uffiċjali ta’ Marchisio wara li aktar kmieni dan ix-xahar, huwa ħabbar li se jirtira mill-karriera

Intant, is-Sibt filgħaxija, għall-Juventini Maltin se tiġi organizzata serata f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema u li se tkun miftuħa kulħadd , anke għal dawk li mhux membri tal-klabb.

Dawk kollha li jattendu se jkollhom l-opportunità li jieħdu ritratt uffiċjali mal-plejer kif ukoll jiksbu l-firma tiegħu fuq oġġett tal-għażla tagħhom.