Familja residenti fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar dalgħodu sabet parti mill-ħajt tal-bitħa tagħha maqlub għal ġol-bitħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu.
Jidher li waqt li mara kienet qed tonxor fil-bitħa, ħadet qatgħa kbira hekk kif parti mill-ħajt inbeżqet ‘il barra. Matul il-ħajt wieħed seta’ jara wkol konsentura kbira. Bħalissa biswit din ir-residenza għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post immedjatament marru l-Pulizija, kif ukoll uffiċjali tal-BRO biex jinvestigaw dak li ġara.
