Knisja Lokali

Gwardjan ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar

Hekk kif illum jispiċċa l-Kapitlu Provinċjali tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar se jkollha Gwardjan ġdid.

Patri Josef Pace ġie maħtur gwardjan f’din il-parroċċa flok il-Kappillan Michael Attard li issa se jibda jservi fil-Kunvent tar-Rabat Għawdex.

Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li Patri Christian Borg se jibqa’ jservi bħala Kappillan fil-Parroċċa ta’ Burmarrad filwaqt li l-Gwardjan il-ġdid għall-Parroċċa tal-Qawra se jkun Patri Andrew Galea.

Il-Gwardjan hu l-persuna maħtura mill-Provinċjal tal-Ordni tal-Franġiskani u hu pass ieħor lejn il-kariga ta’ Kappillan, li hu titlu li jista’ jtih l-Arċisqof.