Lokali

Quddiem allegazzjonijiet serji, il-Ministru Chris Cardona jaħrab

Din kienet l-ewwel okkażjoni li fiha l-Ministru Cardona seta’ jwieġeb għal dak li xxandar minn sit Russu, illi irriproduċa l-video oriġinali li kienu ġibdu f’Malta ġurnalisti Franċiżi aktar kmieni fis-sajf.

Kif jidher biċ-ċar, il-filmat juri kif in-negozjant Luke Chetcuti nqabad jgħid li mar jiekol mal-Ministru Chris Cardona u allegatament l-istess Cardona kellem lill-Ministru Konrad Mizzi sabiex jagħtih biċċa mill-Bajja ta’ San Ġorġ.

Provajna nsaqsu lill-Ministru Cardona sabiex jikkonfermalna jekk hux veru li ltaqa’ ma’ Luke Chetcuti u għaliex ħass il-bżonn li jibgħat messaġġ bil-mobile lill-Ministru Konrad Mizzi. Iżda l-Ministru żgiċċa għal ġol-karozza sakemm il-ġurnalisti kienu għadhom ġewwa, sabiex żgur jevita d-domandi dwar dawn ir-rivelazzjonijiet xokkanti.

Dan il-filmat ittieħed għal programm televiżiv Franċiż bl-isem ta’ Enquête Exclusive li kien irrefera ghal Malta bhala ‘ġenna ta’ korruzzjoni’.