Claudio Ranieri nħatar kowċ ta’ Sampdoria u b’hekk ħa post Eusebio Di Francesco li tkeċċa mill-kariga t-Tnejn li għadda wara sitt telfiet mill-ewwel seba’ logħbiet. Inċidentalment il-kowċ ta’ 67 sena kien ħa post Di Francesco f’Marzu li għadda ma’ Roma.
Ranieri li għandu 67 sena, hu kowċ rinomat li jikkalma l-ambjent ta’ fejn ikun qed imexxi u Sampdoria se jkunu qed ifittxu li jdawru r-rotta wara dan il-bidu diżappuntanti.
Sampdoria ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Verona, bil-Blucerchiati jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika bi tliet punti biss. L-ewwel logħba fit-tmexxija għal Ranieri se tkun proprju kontra Roma l-Ħadd 20 ta’ Ottubru fit-3.00pm.
//= $special ?>