Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Taljan ta’ 23 sena sofra ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel fil-barriers. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Piaggio Beverly meta għal xi raġuni ħabat ġol-barriera tat-triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.