Sport Waterpolo

Sliema jirbħu t-Tazza Indipendenza tal-Waterpolo

Ritratt: Martin Agius

Matul il-ġurnata tas-Sibt, saret edizzjoni oħra tat-Tazza Indipendenza tal-Waterpolo, organizzata minn Tim Sport PN.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, f’dan it-turnew triangolari ħadu sehem Balluta Young Boys, San Ġiljan u Sliema u kienu t-tim ta’ Sliema li ħarġu rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni.

Fost l-attendenza sabiħa fil-Pitch ta’ tas-Sliema, qabel il-logħob inżammet minuta silenzju b’rispett lejn it-telfa riċenti ta’ Joe Anastasi li apparti li kien involut fl-isport lokali, kien jattendi ta’ kull sena biex isegwi din il-kompetizzjoni.

Fil-preżenza taċ-Chairman ta’ Tim Sport PN, Robbie Ebejer, il-preżentazzjoni tat-trofew lir-rebbieħa saret mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius.

Il-flus kollha miġbura mill-players waqt din l-attività kienu kollha b’risq id-Dar tal-Providenza.