Lokali Saħħa

Steward Healthcare tagħmel telf ta’ $600 miljun f’sentejn

Il-Prim Ministru prospettiv Konrad Mizzi ftiehem li jħallas iktar minn żewġ biljuni lil Steward Health Care mit-taxxi taghna.  Mhux talli ma laħqax imqar wieħed mill-miri tagħhom u ma tawna xejn, talli issa jidher li qed ifallu.

Hekk kiteb David Casa f’post fuq Facebook b’reazzjoni għall-aħbar li dehret fuq it-Times of Malta u li tgħid li Steward Healtchare irrappurtat telfiet kbar.

L-artiklu fuq il-ġurnal lokali jgħid li skont rapporti fil-media Amerikana, Steward Healthcare – il-kumpanija li ngħatat tlett sptarijiet Maltin, inkluż l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – sofriet telf finanznjaru kbir għal sentejn wara xulxin. Telf li jammonta għal madwar $600 miljun.

Uffiċjali għolja tal-kumpanija qalu li t-telf kien dovut għal espansjoni u investimenti madankollu, Steward baqgħu ma provdewx dettalji tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, bi professur finanzjarju tal-Università ta’ Bentley tgħid li din hija sitwazzjoni inkwetanti. Kristina Minnick ta’ Bentley University qalet li Steward għandhom iktar djun milli assi u li qegħdin f’qagħda finanzjaraja ħażina ħafna.

Steward Heatlthcare ingħatat it-tlett sptarijiet fl-2018 wara li d-deal originali li kien għamel Konrad Mizzi mal-Vitals kien intemm b’mod misterjuż, u minflokom daħlu Steward li kienu wegħdu investiment ta’ €300 miljun  Madanakollu sa issa… minn dan l-investiment għadna ma rajna xejn.

Iktar minn hekk, huma ħafna l-pazjenti Għawdxin li mhux qed jinqdew kif kienu jinqdew qabel mill-isptar t’Għawde, u qed ikollhom jieħdu l-iskariġġ li jinżlu Malta biex jieħdu s-servizz meħtieġ.

Sadanittant il-Gvern jinsab sieket għal kollox dwar Steward u s-suppost investment li qed jagħmlu f’pajjiżna minkejja li f’idejhom għandhom tlett sptarijiet Maltin.

Meta Steward ħadu f’idejhom it-tlett sptarijiet tal-Maltin wara t-tluq ta’ Vitals, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien qal li din kienet ir-Real Deal.

Iżda sa issa, minn din ir-real deal, il-Maltin għadhom ma gawdew assolutament xejn.