Internazzjonali

Disfatta għal Orban f’Budapest

Viktor Orban

Il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban sofra l-ewwel telfa elettorali tiegħu f’għaxar snin meta lbieraħ l-Oppożizzjoni Ungeriza kisbet maġġoranza fil-belt ta’ Budapest – biex b’hekk Orban tilef is-Sindakat tal-kapitali.

Kien Gergely Karácsony li kiseb il-maġġoranza f’din l-elezzjoni lokali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu malli tħabbret ir-rebħa, Karácsony qal li se jibda proċess biex Budapest terġa’ toqrob lejn l-Ewropa.

Intant l-ewwel riżultati li ħarġu matul il-lejl juru li anke l-partit Fidesz kiseb maġġoranzi f’numru ta’ bliet madwar l-Ungerija.