Sport

Illum l-ewwel programm fil-21 edizzjoni ta’ Sport Extra fuq Net Television

Illum fuq Net Television jixxandar l-ewwel programm Sport Extra għas-sena ta’ sport 2019/20. Għal 21 sena, Sport Extra jibqa’ l-programm ewlieni f’dak li huma multi-sport, avvenimenti internazzjonali u fuq kollox mistiedna esklussivi, bosta minnhom rebbieħa Olimpiċi jew protagonisti fid-dinja tal-isport.

Fil-ġranet li għaddew, Charles Camenzuli ltaqa’ ma’ plejers membri tal-Malta Wheelchair Basketball Association fejn flimkien ma’ NOEL AQUILINA ddiskuta l-aspetti kollha marbuta mal-isport u wisq aktar ma’ attivitajiet ta’ atleti b’abbiltajiet differenti.

Fil-programm servizzi dwar il-finali tat-trofew Għaqda Ġurnalisti Sports tal-hockey mirbuħa minn Qormi Daikin Hockey Club kif ukoll dwar dak li wettqu weightlifters lokali fil-Kampjonat tal-Mediterran f’San Marino.

L-intervista esklussiva hi ma’ FRANCESCA PICCININI, bla dubju l-aqwa plejer tal-volleyball ta’ kull żmien fl-Italja, b’karriera ta’ 26 sena bħala plejer professjonali u li rebħet l-unuri kollha fix-xena internazzjonali.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Michael Farrugia, Bernie Dimech u Joe Francalanza.