Lokali

Jingħata il-ħelsien wara li kien akkużat bi vjolenza domestika

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat bi vjolenza domestika fuq il-mara tiegħu.

Ir-raġel li għandu 42 sena, ċaħad l-akkużi fosthom li ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq martu, li kkaġunalha biża u li heddidha bi kliemu.

Il-Maġistrat Neville Camilleri talab lill-akkużat jagħti garanzija personali ta’ €5,000, filwaqt li caħħdu milli jara jew b’xi mod jagħmel kuntatt ma’ martu u ibnu.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.

Tags