Lokali

Joseph Muscat jasal jidħaq bil-partitarji tiegħu stess – PN

Waqt id-diskors tiegħu ġewwa Ħal-Għaxaq, spikkaw dikjarazzjonijiet surreali li għamel Joseph Muscat, dikjarazzjonijiet li jaf li huma assurdi iżda jgħidhom sabiex jipprova jgħatti l-problemi li ħoloq huwa stess.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalist qal li fl-istess ġimgħa fejn tħabbar li sieħeb Muscat James Piscopo ingħata ħalq ieħor minn fejn jiekol biex issa ser jibda jaqla mal-€100,000 fis-sena, illum Muscat mar jgħid illi l-ġid qiegħed imur għand kulħadd speċjalment għand dawk li għandhom bżonn.

Dan meta l-ħaddiema u l-middle class qegħdin jesperjenza morsa doppja fejn il-pagi huma l-inqas li qed jiżdiedu fl-Ewropa u l-prezzijiet tal-prodotti essenzjali bħall-ikel kontinwament qegħdin jiżdiedu, u mat-80,000 persuna jinsabu fix-xifer tal-faqar.

Meta ċ-ċifri tal-Kummissjoni Ewropea qed juruna li t-tniġġis fl-arja żdied b’aktar minn 28%, illum Muscat qal li taħt l-gvern tiegħu l-kwalita tal-arja tjiebet.

Tassew sitwazzjoni fejn biex jsalva ġildu, qiegħed jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel, temmet tgħid l-istqarrija.