Lokali Sport Sport Ieħor

Issir il-Malta Classics Mdina Grand Prix

Fi tmiem il-ġimgħa l-Malta Classics laqqgħet għal sen’oħra lid-dilettanti tal-karozzi, viżitaturi u familji għal ċelebrazzjoni tal-aktar karozzi klassiċi ikoniċi minn madwar id-Dinja.

Il-Grand Prix tal-Mdina inkluda numru kbir ta’ tiġrijiet ‘il barra mill-ħitan tal-Imdina b’karozzi bi stili differenti u minn epoki diversi.

Dan l-isport hu wieħed frekwentat ħafna f’Malta, b’numru kbir ta’ dilettanti tal-karozzi b’avveniment bħal dan jikxef id-dedikazzjoni tagħhom wara sena ta’ ħidma bla heda u spejjeż kbar.

Il-ġurnata tal-Ħadd kienet ikkareterezzata minn veloċità, spettaklu u varjeta għall-familja kollha, fost il-karozzi l-iktar ikoniċi u mfittxija tad-Dinja.

Din is-sena, iktar minn 70 karozza ta’ qabel l-1975 ipparteċipaw f’dik li kienet il-11-il edizzjoni tal-Malta Classic, b’sewwieqa minn nazzjonijiet internazzjonali fosthom Franza, ir-Renju Unit, l-Italja u l-Isvizzera għall-kampjonat Malta Classic 2019 għal vetturi ta’ stil vintage.

Fost dawk li attendew għal dan l-avveniment nazzjonali, kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia flimkien mal-Viċi Kap David Agius u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli.

Huma ltaqgħu mal-protagonisti kif ukoll daqu l-esperjenza tas-sewwieq b’dawra madwar it-trakka.