Budget 2020 Ekonomija Lokali

”Budget limitat li ma joħloqx inizjattivi ġodda” – Forum Unions Maltin

Ritratt: Matthew Tabone


Fl-ewwel reazzjoni dwar il-budget għas-sena d-dieġla, il-Forum Unions Maltin jgħid li dan huwa budget limitat li ma jsemmi xejn dwar ħafna sfidi pendenti li għandhom il-membri tal-For.U.M., minkejja li jinkludi diversi miżuri tajbin, bħal tnaqqis fir-rata tal-income tax għall-part time u kumpens għall-btajjel li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa,

Dan huwa budget li per eżempju ma jindirizzax problemi bħan-nuqqas ta’ edukaturi, infermiera u social workers. Ma jissemmewx ukoll soluzzjonijiet bħas-sick leave għall-familjari li jkollhom tfal jiddependu minnhom, l-implimentazzjoni tal-work-life balance directive, l-introduzzjoni tal-family leave u t-tibdil tal-capping tal-pensjonijiet. Lanqas ma jissemmew l-estensjoni ta’ skemi eżistenti li jippromwovu enerġija sostenibbli għal NGOS u trade-unions u l-proposta tal-membership fi trade-unions li tinkludi r-reġistrazzjoni ta’ konfederazzjonijiet ta’ trade-unions.

Il-Forum Union Maltin temmet tgħid li l-budget huwa wieħed limitat li għalkemm jikkonsolida inizjattivi li diġà jeżistu, ma joħloqx inizjattivi ġodda, proġetti kapitali u miżuri li jindirizzaw sfidi li issa ilna nitkellmu dwarhom is-snin.